Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

10/21/2025 | Press release | Archived content

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta.


Dalgħodu, tliet Ambaxxaturi ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Dawn huma:

L-Ambaxxatur tal-Istat tal-Iżrael, Ruth Cohen-Dar,

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Korea, Choon-goo Kim, u

L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Liberja, Genevieve Kennedy.

​Wara li ppreżentat il-Kredenzjali lill-Eċċellenza Tagħha, l-Ambaxxatur tal-Istat tal-Iżrael tkellmet dwar it-tama li għandu l-Istat Iżraeljan wara l-qbil ta' waqfien mill-ġlied aktar kmieni dan ix-xahar. Fuq livell bilaterali, hija kkommettiet ruħha li ser tkun qed taħdem bis-sħiħ biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn il-popli speċjalment fl-oqsma tan-negozju, kummerċ kif ukoll fit-turiżmu.

Fil-laqgħa li kellu mal-Eċċellenza Tagħha, l-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Korea tkellem dwar ir-relazzjonijet tajbin ma' Malta, u kif din is-sena qed jiġu ċċelebrati sittin sena ta' relazzjonijiet. Ġew diskussi wkoll l-irwoli importanti ta' Malta u r-Repubblika tal-Korea f'fora multilaterali, fosthom fil-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, fejn kemm Malta kif ukoll il-Korea kienu eletti u servew fl-istess Kunsill.

Min-naħa tagħha, l-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Liberja, irrimarkat l-impenn ta' pajjiżha biex tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali. Hija tkellmet ukoll dwar il-prospetti ta' kollaborazzjoni bejn Malta u l-Liberja, speċjalment fejn jidħlu s-setturi tal-marittimu, tal-agrikoltura u anke tal-promozzjoni tal-ugwaljanza.

Matul il-laqgħat, il-President Spiteri Debono ferħet lill-Ambaxxaturi għall-ħatra tagħhom.


Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on October 21, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on October 23, 2025 at 07:20 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]