Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

12/19/2025 | Press release | Distributed by Public on 12/20/2025 13:02

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tintlagħab l-ewwel logħba uffiċjali tal-waterpolo fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku bejn Malta u l-Portugall bi preparazzjoni[...]

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri kien preżenti għall-ewwel logħba uffiċjali tal-waterpolo li ntlagħbet bejn it-tim nazzjonali Malti u dak tal-Portugall fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku, ir-Rabat, Għawdex. Din il-logħba friendly ntlagħbet bi preparazzjoni għat-2026 European Water Polo Championships li se jsiru f'Belgrad.


Il-Ministru Camilleri esprima s-sodisfazzjoni tiegħu li hekk kif ġie inawgurat dan il-padiljun beda jintuża mir-residenti u mill-isportivi Għawdxin, u kif maħsub beda wkoll jattira wkoll turiżmu sportiv lejn Għawdex. Il-Ministru stqarr li, "Dan jista' jsir għax il-Gvern Malti investa bis-sħiħ fejn jidħlu faċilitajiet sportivi, b'mod partikolari fil-gżira ta' Għawdex. Issa wkoll b'pixxina ta' daqs Olimpiku tali logħob jista' jintlagħab skont livelli internazzjonali. Aħna ser inkomplu nħarsu 'l quddiem għal aktar investiment mhux biss ġewwa din iż-żona iżda rridu naraw li dawk il-faċilitajiet li jonqos ikunu qegħdin jitwettqu sabiex inkunu mbagħad għalaqna kullana ta' faċilitajiet sabiex Għawdex jista' jkun destinazzjoni turistika fejn għandu x'jaqsam l-isport." Huwa temm jgħid li jekk ma jkollniex il-faċilitajiet żgur li dan ma jistax jitwettaq.


It-tim nazzjonali Malti tal-Water Polo b'kollox lagħab 3 logħbiet ta' preparazzjoni konta l-Portugall, bi tnejn minnhom jintlagħbu f'Malta u l-aħħar waħda f'Għawdex. Is-serje ta' logħbiet ta' ħbiberija tifforma parti mill-programm ta' taħriġ kontinwu u preparazzjoni internazzjonali tat-tim nazzjonali Malti tal-Water Polo hekk kif qed iħejju għat-tournament ewlieni tas-sena d-dieħla.


Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri feraħ lit-tim Malti li rebaħ bl-iskor ta' 19-17 kontra l-Portugall u awguralu aktar suċċess għall-futur.​​

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on December 19, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on December 20, 2025 at 19:02 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]