Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

04/22/2026 | Press release | Distributed by Public on 04/23/2026 06:50

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Investiment ieħor fil-qalba tal-komunitajiet: proġett ta’ tisbiħ u modernizzazzjoni fil-Knisja parrokkjali tal-Fgura

Proġett ta' tisbiħ fil-Knisja parrokkjali tal-Fgura ser ikun qed iwassal għat-tibdil tal-art għall-irħam kif ukoll l-installazzjoni ta' sistema moderna u effiċjenti ta' arja kkundizzjonata.​​

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri li tenna li dan huwa investiment ieħor fil-familji u l-komunitajiet tagħna.

Il-Ministru spjega li dan il-proġett huwa riflessjoni ċara tal-impenn tal-Gvern biex ikompli jinvesti f'dawk l-ispazji li għandhom valur soċjali u komunitarju, bil-Knisja hija simbolu ta' għaqda u ta' identità Maltija u huwa għalhekk li bħala Gvern qed jinvestu biex ikunu aktar adegwati għan-nies li jinġabru fihom ta' kuljum.

Min-naħa tiegħu, il-Kappillan tal-Parroċċa, Fr Raymond Calleja, esprima r-ringrazzjament tiegħu lill-Ministeru għall-appoġġ u l-fondi allokati, li permezz tagħhom ser ikun jista' jitwettaq dan il-proġett tant meħtieġ.

"Dawn ix-xogħlijiet kienu meħtieġa minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi li matul is-snin affettwaw l-istruttura u l-kumdità tal-knisja. Permezz ta' dan l-investiment, il-knisja issa ser tkun aktar adegwata u denja biex tkompli tilqa' lill-parruċċani u sservi bħala spazju ta' ġabra u qima għall-komunità kollha," ikkonkluda Fr Calleja.

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on April 22, 2026, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on April 23, 2026 at 12:50 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]