Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

04/18/2026 | Press release | Distributed by Public on 04/19/2026 05:53

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titlesta t-13-il triq mill-100 triq residenzjali mwiegħda għal Għawdex fil-Budget li għadda


Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li tlestiet Triq Għajn Qamar fix-Xagħra li hija t-13-il triq kompluta mill-100 triq residenzjali mwiegħda għal Għawdex fit-tliet snin li ġejjin.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li, "F'din it-triq mhux biss tajna 1,900 metru kwadru ta' tarmak iżda bdilna wkoll il-provvista tal-elettriku permezz tal-Enemalta sabiex imbagħad stajna nlestu t-triq."

Huwa kompla jgħid li bħalissa għaddejjin ukoll xogħlijiet estensivi mhux biss fix-Xagħra iżda wkoll fi Triq il-Ġidi, ix-Xewkija, Triq ir-Rabat, ix-Xewkija kif ukoll toroq oħrajn fosthom ix-xogħlijiet li bdew fi triq prinċipali, Triq it-Tiġrija, li min-Nadur twassal għall-Qala u x-xogħlijiet li qegħdin fi stadju avvanzat fuq it-triq prinċipali ta' Marsalforn.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri temm jgħid li l-ħidma se tibqa' għaddejja sabiex jitwettaq dak li kien imwiegħed.


Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on April 18, 2026, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on April 19, 2026 at 11:54 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]