Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

04/10/2025 | Press release | Distributed by Public on 04/11/2025 08:53

STQARRIJA MILL MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L IPPJANAR Jitħabbar il ftuħ ta’ staġun limitat għall kaċċa fir rebbiegħa



Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar iħabbar li l-istaġun tal-kaċċa għas-summien jiftaħ nhar it-Tnejn 14 ta' April u jibqa' miftuħ sal-Ħadd 4 ta' Mejju, 2025, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun tas-summiena. Il-Ministeru jħabbar ukoll li l-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem jiftaħ nhar it-Tnejn 21 ta' April u jibqa' miftuħ sal-Ħadd 4 ta' Mejju 2025, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun tal-gamiema.

Dan wara li, b'referenza għal-Liċenzja Speċjali tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2025, l-Avviżi Legali AL73/2025 u AL74/2025 li jiddikjaraw l-istaġun tal-kaċċa għas-summien u l-gamiem ġew ippubblikati llum.
Kull summiena u gamiema li jiġu kkaċċjata waqt l-istaġun miftuħ għall-ispeċi kkonċernati għandhom jiġu rrappurtati immedjatament u kull min joħroġ għall-kaċċa u ma jaqbad xejn għandu jirrapporta l-hunting effort, kif spjegat fil-Liċenzja Speċjali.
Il-kwoti nazzjonali huma ta' 2,400 summiena u 1,500 gamiema. M'hemmx kwoti individwali.


Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on April 10, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on April 11, 2025 at 14:53 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]