Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

03/20/2026 | Press release | Distributed by Public on 03/21/2026 05:39

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jibdew ix-xogħlijiet fuq ġnien fil-Mellieħa

Proġett viċin madwar 3,000 resident

Fi Triq il-Għasel fil-Mellieħa, għaddej xogħol fuq medda ta' art ta' madwar 2,000 metru kwadru f'żona residenzjali.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa waqt żjara fuq ix-xogħlijiet li għaddejjin fuq dan is-sit.

Bħalissa għaddej xogħol ta' skavar ġibjun fuq tlett livelli li jesgħu mal-380 metru kubu għat-tisqija ta' dan il-ġnien. B'investiment ta' madwar miljun u nofs ewro dan il-proġett se jkollu diversi passaġġi differenti u se jkun qed jinkorpora bini ta' workshops edukattivi kif ukoll faċilitajiet pubbliċi.

Dan il-proġett se jara it-tħawwil ta' 64 siġra u 150 arbuxell.

"Proġett wara l-ieħor qed inkomplu ntejbu l-ambjent ta' madwarna u l-kwalità tal-ħajja tan-nies fil-lokalitajiet tagħhom. Dan filwaqt li qed inkomplu nwettqu l-wegħda tagħna li nipprovdu aktar spazji miftuħa f'lokalitajiet differenti qrib ir-residenti. Fil-fatt dan il-proġett se jkun qed jolqot mat-3,000 resident," rrimarkat il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Project Manager fuq dan il-proġett, Chiara Darmanin qalet kif dan il-proġett huwa parti minn sensiela ta' proġetti li qed taħdem fuqhom Project Green. Dan il-proġett fil-Mellieħa, huwa wieħed minn 19-il proġett li l-Aġenzija Project Green bħalissa għaddejja b'ħidma fuqhom. "F'dan is-sit bħalissa għaddej xogħol ta' skavar fil-blat biex infasslu l-bażi ta' dan il-ġnien, fejn taħt se jkun qed ikollna ġibjun biex jintuża għat-tisqija tal-istess ġnien."


Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on March 20, 2026, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on March 21, 2026 at 11:39 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]