Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

02/22/2026 | Press release | Distributed by Public on 02/23/2026 05:16

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Shape Your Space: Membri tal-Moviment 'Manoel Island Post Għalina' f'laqgħa mal-Ministru Dalli dwar[...]


B
ħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar it-tliet parks nazzjonali ġodda, il-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija Miriam Dalli, flimkien ma' Project Green, iltaqgħet ma' Moviment Graffitti u Flimkien għall-Ambjent Aħjar, li flimkien iffurmaw il-Moviment 'Manoel Island Post Għali.

Iż-żewġ organizzazzjonijiet ippreżentaw il-proposti tagħhom għal Manoel Island, liema proposti ġew żviluppati wara sensiela ta' workshops bil-fuq minn 70 parteċipant.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat kif huwa l-impenn tal-Gvern li White Rocks, Manoel Island u Fort Campbell jinbidlu fi spazji miftuħa minn-nies u għan-nies. "Il-Moviment 'Manoel Island Post Għalina' kellhom rwol importanti biex illum qed nitkellmu dwar Manoel Island bħala park nazzjonali. Sadanittant, permezz tal-kampanja 'Shape Your Space' diġà daħlu 'il fuq minn 1,300 sottomissjoni mill-pubbliku dwar x'jixtiequ jaraw f'dawn l-ispazji. F'dan il-perjodu qed niltaqgħu ukoll ma' numru ta' stakeholders fejn qed naraw konverġenza fil-ħsieb fid-diskussjonijiet li qed ikollna," qalet il-Ministru Dalli.

Il-Ministru spjegat kif, pereżempju, qed ikun hemm enfasi fuq l-isbuħija arkitettonika ta' Manoel Island, il-wirt kulturali, kif ukoll l-aspetti soċjali u ambjentali. "Fuq kollox, irridu li dawn il-parks nazzjonali jitfasslu b'mod inklussiv, trasparenti u b'rispett sħiħ lejn l-ambjent u l-komunità," żiedet il-Ministru Dalli.

"Bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li qed nagħmlu dwar it-tliet parks nazzjonali, komplejna billi niltaqgħu mal-istakeholders u NGOs, propju dawk li mexxew il-kampanja Manoel Island Post Għalina. Huma qasmu magħna r-riċerka u l-konsultazzjonijiet li jagħmlu mal-komunità inġenerali u fhimna u anke qegħdin naqblu li qegħdin fuq l-istess wavelengths u viżjoni għal dan il-post," qalet iċ-Chief Operations Officer ta' Project Green, Perit Beverley Costa.

Ritratti: MEEC​

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on February 22, 2026, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on February 23, 2026 at 11:17 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]