Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

01/26/2026 | Press release | Distributed by Public on 01/27/2026 10:24

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL After-Care Policy għal żgħażagħ li jkunu ħarġu minn kura alternattiva

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, jinsab fi stadju avvanzat sabiex iniedi After-Care Policy għal żgħażagħ li jkunu ħarġu minn residenzi tat-tfal. Din l-istruttura hija ntiża sabiex tagħti serħan il-moħħ, stabbilità u futur mimli opportunitajiet lil dawn iż-żgħażagħ, li għal xi raġuni jkunu għexu tfulithom f'ħarsien alternattiv.​​

Ħabbar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon waqt l-iffirmar ta' ftehim mas-Sależjani, li jmexxu żewġ residenzi tat-tfal.

Fil-fatt il-Ministru Michael Falzon qal li dan il-ftehim huwa biss wieħed minn 37 ftehim soċjali li l-Ministeru għandu fil-komunità. Hawnhekk aċċenna kif il-Gvern jinsab viċin li jniedi policy marbuta mal-'after care' u li hija mibnija fuq konsultazzjoni ma' diversi stakeholders u esperjenzi tat-tfal infushom.

"Qed nitkellmu fuq il-kunċett t'after care u mentoring, għaliex verament nemmnu f'dan il-kunċett. Dan il-Ministeru ilu fis-sħab mas-Sależjani għal dawn l-aħħar 6 snin. Mhux biss ikollna ftehim ma' NGO's fuq 'after care' imma qed naraw li jkollna policy li tkopri t-tkomplija tal-akkumpanjament ta' dawk it-tfal li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu mal-ġenituri bioloġiċi tagħhom," saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Federazzjoni Nazzjonali Dun Bosco, Bryan Magro stqarr li dawn it-tfal u adoloxxenti li jidħlu f'dawn ir-residenzi jkunu għaddew minn trawma u esperjenza diffiċli li tkun ħalliet impatt fuqhom. Għaldaqstant, jingħataw għajnuna u mentoring, sabiex jissaħħu u jieħdu l-istat tagħhom, ikollhom progress akkademiku u eventwalment joħorġu minn hemm u jkunu jistgħu jkomplu jiffurmaw il-familja tagħhom u jagħtu kontribut lura fis-soċjetà.

Intant dan huwa t-tielet ftehim soċjali mal-Federazzjoni Nazzjonali Dun Bosco li tmexxi żewġ residenzi. Dawn il-ftehimiet jagħtu serħan il-moħħ għat-tmexxija ta' żewġ residenzi, dik ta' Marvelli f'Raħal Ġdid u r-residenza Carlo Gastini fil-Belt Valletta.

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on January 26, 2026, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on January 27, 2026 at 16:24 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]