Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

03/04/2026 | Press release | Distributed by Public on 03/05/2026 09:50

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Garanzija ta’ servizzi għall-SOS Malta li joffru għajnuna psikoloġika

L-NGO SOS Malta ser tkun qed tibbenefika minn ftehim soċjali li ġie mġedded mal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, b'investiment ta' aktar minn miljun ewro mifruxa fuq tliet snin.

Dan il-ftehim ser ikopri s-servizz ta' Kellimni.com, li jipprovdi servizzi ta' chat online, 24 siegħa kuljum. Apparti dan is-servizz, qed jiġi offrut servizz ta' terapija individwali, fi gruppi, u anke dik tal-familja. Ħafna drabi, dawn is-servizzi jiskattaw wara li tkun daħlet chat minn persuna anonima li tkun qed titlob l-għajnuna minħabba ċertu sitwazzjonijiet diffiċli li tkun għaddejja minnhom.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon fisser dan il-ftehim bħala wieħed li ser ikompli jagħti sapport lill-persuni vulnerabbli. "Dan il-ftehim huwa wieħed minn 37 ftehim li dan il-Ministeru għandu bħalissa, ma' 25 entità li jaħdmu fil-qasam soċjali. Il-Budget għal dawn il-ftehimiet reġa' żdied u ser ilaħħaq kważi €15.4 miljun matul din is-sena," stqarr il-Ministru Michel Falzon.

Min-naħa tagħha l-Kap ta' SOS Malta, Graziella Schiavone saħqet li ftehimiet bħal dawn jagħtu serħan il-moħħ lill-amministrazzjoni sabiex ikomplu jinvestu f'aktar professjonisti u servizzi. "Fil-fatt dan il-ftehim ser iwassal għal iktar siegħat ta' counselling, u sessjonijiet ta' terapija b'xejn għal dawk il-persuni li jkollhom bżonn din l-għajnuna," temmet tgħid il-Kap ta' SOS Malta, Graziella Schiavone.​​

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on March 04, 2026, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on March 05, 2026 at 15:50 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]