Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

02/06/2026 | Press release | Distributed by Public on 02/07/2026 03:54

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Miriam Dalli tindirizza l-impatt tat-temp estrem fuq realtajiet ta’ stati żgħar



Il-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija Dr Miriam Dalli qalet li l-effetti ta' klima estrema għal stat gżira bħal Malta hija kwistjoni nazzjonali u taffettwa direttament il-provvista tal-ikel, it-turiżmu u l-kwalit? tal-ħajja tal-komunitajiet tagħna.

Waqt il-Kunsill għall-Ambjent tal-Unjoni Ewropea li sar f'Ċipru, il-Ministru Miriam Dalli appellat għal qafas Ewropew ta' reżiljenza flessibbli u b'finanzjament adegwat biex jindirizza żoni milquta mit-temp estrem.

Matul il-laqgħa, il-ministri għall-ambjent u l-klima ddiskutew u analizzaw il-Qafas Ewropew dwar ir-Reżiljenza Klimatika.

Il-Ministru Dalli rreferiet għall-esperjenza reċenti f'Malta bit-temp estrem, u spjegat kif dawn l-avvenimenti qed ikollhom impatt dejjem akbar fuq in-nies, l-infrastruttura u s-sigurt? tal-ikel fir-reġjun Mediterranju.

"Malta għadha kif għaddiet mill-effetti serji tal-Maltempata Harry, li ħolqot problema għas-sajjieda, qerdet ir-raba' u kkawżat ħsarat fl-infrastruttura mal-kosta. Għal Stat gżira żgħir, maltempata bħal din hija kwistjoni nazzjonali. Din taffettwa direttament il-provvista tal-ikel, it-turiżmu u l-kwalit? tal-ħajja tal-komunitajiet tagħna," qalet il-Ministru.

"Il-Maltempata Harry mhijiex eċċezzjoni. Avvenimenti estremi qed isiru dejjem aktar frekwenti u aktar qawwija. Fl-istess waqt, matul is-sajf, speċjalment fil-Mediterran, qed nesperjenzaw temperaturi rekord. Dan juri biċ-ċar li r-riskji klimatiċi jolqtu kull settur, u li soluzzjonijiet iżolati mhumiex biżżejjed."

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat ukoll ix-xogħol li għaddej f'Malta fuq Pjan Nazzjonali għar-Reżiljenza Klimatika, li għandu l-għan li jsaħħaħ il-preparazzjoni u r-reżiljenza fl-aktar oqsma vulnerabbli, b'mod partikolari fil-qasam tal-ilma.

"Minħabba l-klima ta' pajjiżna, ir-reżiljenza tal-ilma hija essenzjali. Malta qed tallinja l-pjan nazzjonali ta' adattament tagħha ma' strateġiji oħra relatati, bħall-immaniggjar tal-ilma u l-pjanijiet dwar ir-riskju tal-għargħar. Sistemi ta' twissija bikrija u ppjanar konġunt huma kruċjali biex inkunu nistgħu nirrispondu b'mod effettiv għall-impatti klimatiċi."

Hija laqgħet l-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma u l-Qafas Ewropew li ġej dwar ir-Reżiljenza Klimatika, u saħqet fuq il-bżonn ta' qafas Ewropew li jkun flessibbli u li jqis id-differenzi bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari stati gżejjer żgħar. "Ma jistax ikollna soluzzjoni waħda li tapplika għal kulħadd, u wara l-pressjoni li ilna nagħmlu, l-Kummissjoni Ewropea tidher li qed tirrikonoxxi l-importanza ta' dan. Se nkompli ninsisti li l-qafas Ewropew għandu jkun flessibbli, jirrifletti r-realtajiet differenti tagħna."

Il-Ministru saħqet ukoll li l-finanzjament jibqa' kruċjali biex tinbena r-reżiljenza madwar l-Ewropa. "Il-finanzjament huwa l-pedament tar-reżiljenza. Il-programmi ta' finanzjament Ewropej għandhom ikomplu jsaħħu r-reżiljenza nazzjonali u jappoġġjaw proġetti ta' interess pubbliku," u saħqet dwar il-ħtieġa li proġetti żgħar minn stati membri differenti jigu preżentati flimkien biex jattiraw finanzjament jew investiment privat.

Il-Kunsill għall-Ambjent serva bħala spazju għall-djalogu bejn l-Istati Membri qabel ma l-Unjoni Ewropea tressaq inizjattivi leġiżlattivi u strateġiċi ġodda dwar l-adattament u r-reżiljenza għall-klima.


Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on February 06, 2026, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on February 07, 2026 at 09:54 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]