Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

07/26/2025 | Press release | Distributed by Public on 07/27/2025 02:28

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jittella’ għall-ewwel darba avveniment fil-Biċċerija Pubblika biex inkomplu nippromwovu iktar[...]

Fil-Biċċerija Pubblika, fl-okkażjoni tal-Maltese Sausage Day, inkiser ir-rekord Nazzjonali tal-ikbar zalzett tal-Malti hekk kif propju l-attrazzjoni ewlenija kienet zalzett tal-Malti ta' 77.45 metru u li kien imħejji minn Nigret Butcher.

Din kienet l-ewwel darba li ttella' dan l-avveniment li matulu bosta entitajiet pubbliċi u privati offrew ikel ibbażat fuq iz-zalzett Malti.

Dawn kienu jvarjaw minn ftira għall-pastizzi u wraps, ravjul u doughnuts. Barra minn hekk, uffiċċjali miċ-Ċentru Nazzjonali tal- Vitikultura u l-Enoloġija kkombinaw nbejjed minn varjetajiet ta' dwieli Maltin mal-prodotti li kienu qed jiġu servuti.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, li żar dan l-avveniment qal li kien ta' sodisfazzjon li jara lill-entitajiet pubbliċi u privati jissieħbu flimkien biex jivvalorizzaw prodott tradizzjonali lokali bħal ma hu iz-zalzett tal-Malti.

"Il-Maltese Sausage Fest mhux biss hija ċelebrazzjoni imma sservi wkoll bħala tifkira tal-irwol essenzjali tal-ikel fis-soċjetà tagħna. Din iċ-ċelebrazzjoni tagħti l-ispazju lill-poplu sabiex jagħraf u japprezza l-ħidma tar-raħħal u tal-biċċiera tagħna, li matul is-sena joffrulna diversi prodotti ta' kwalità għolja. Dan l-avveniment jirrappreżenta d-dedikazzjoni ċara tal-Gvern biex jassigura t-tradizzjonijiet u joffri appoġġ ċar lil dawk kollha involuti fis-settur privat ukoll," sostna l-Ministru Anton Refalo.

Id-Direttur Ġenerali tal-Biċċerija Pubblika Stefan Cachia qal li dan l-avveniment ikompli jibni fuq il-ħidma tal-Biċċerija biex tiskopri u tagħti ħajja lil prodotti tradizzjonali Maltin ibbażati fuq il-laħam, u fl-istess ħin tippromwovi l-versatilità ta' dawn il-prodotti f'riċetti innovattivi u oriġinali.

Matul l-attività, li ttellgħet bis-sehem ta' diversi ismijiet magħrufa fix-xena tal-ikel lokali, ma naqasx kant minn grupp ta' mużiċisti Maltin li kienu t'attrazzjoni għal dawk kollha preżenti. Ġew organizzat ukoll diversi logħob għat tfal b'enfasi partikolari fuq iz-zalzett Malti.

​​

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on July 26, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on July 27, 2025 at 08:28 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]