Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

10/14/2025 | Press release | Distributed by Public on 10/15/2025 08:17

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Jum taċ-Ċelebrazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta


Membri tal-Forzi Armati ta' Malta mmexxija mill-Brig. Clinton J O'Neill, dalgħodu attendew għall-quddiesa ta' radd il-ħajr fil-Bażilika ta' Kristu Re, f'Raħal Ġdid bħala parti mill-jum taċ-Ċelebrazzjoni tal-Forzi Armati ta' Malta.

Il-konċelebrazzjoni tmexxiet minn Mons. Joseph Galea Curmi, l-Isqof Awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta' Malta u inkluda s-sehem tal-Logotenent Kappillan tal-Forzi Armati ta' Malta, Fr Sergio Fenech, kif ukoll il-kappillani tal-Faċilitajiet Korrettiva ta' Kordin, l-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-kongregazzjoni tmexxiet mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri kif ukoll membri mit-taqsimiet differenti tal-Forzi Armati ta' Malta.

Il-quddies kienet preċeduta minn gwardja tal-unur. Il-bnadar tal-Forzi Armati ta' Malta mbagħad ġew imdaħħla fil-Bażilika u tpoġġew fuq l-artal waqt il-konċelebrazzjoni.

Il-Ministru Byron Camilleri spjega li, "Ġranet bħal-lum huma okkażjoni perfetta biex jiġi ċċelebrat ix-xogħol li jagħmlu l-membri tal-Forzi Armati ta' Malta. Nirringrazzjawhom tas-servizzi tagħhom u tas-sagrifiċċju li jagħmlu ta' kuljum biex ikollna pajjiż sigur. Huwa f'dan l-istess spirtu li ħdimna biex nagħtu kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u drittijiet imtejba permezz tal-aqwa ftehim settorjali li qatt raw il-Forzi Armati ta' Malta."

Waqt il-quddiesa Mons. Joseph Galea Curmi, spjega li, "Il-membri tal-Forzi Armati ta' Malta huma eżempji ċari ta' x'nistgħu niksbu meta npoġġu lilna nfusna b'dedikazzjoni sħiħa għas-servizz ta' ħaddieħor."

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on October 14, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on October 15, 2025 at 14:17 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]