Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

09/22/2025 | Press release | Distributed by Public on 09/23/2025 00:55

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA L-Isptar Mater Dei jsaħħaħ is-servizzi ta’ Medical Imaging b’sistemi ġodda u avvanzati tal-ultrasound

​​

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela inawgura erba' sistemi ġodda tal-ultrasound fl-Isptar Mater Dei fid-Dipartiment tal-Medical Imaging li bihom ser ikunu jistgħu jingħataw trattament avvanzat lill-pazjenti.

Dawn l-iscanners ta' livell għoli jipprovdu immaġini ta' riżoluzzjoni avvanzata għall-evalwazzjoni tal-organi addominali, pelviċi, muskoloskeletali, vaskulari, tas-sider u tat-tessuti rotob, kif ukoll jipprovdu gwida preċiża għal proċeduri interventivi.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif is-sistemi ta' dawn l-ultrasounds huma mgħammra b'teknoloġiji avvanzati, fosthom intelliġenza artifiċjali, elastografija shearwave għall-eżamijiet tal-fibrożi tal-fwied, u ultrasound bil-kuntrast, sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-ezamijiet, l-eżattezza dijanjostika kif ukoll l-ippjanar tal-kura. Qal, kif wieħed mill-iscanners se jkun ipprovdut lid-Dipartiment tal-Gastroenteroloġija, biex b'hekk ukoll se jiġi introdott servizz ġdid ta' ultrasound speċjalizzat għall-musrana ż-żgħira għall-ewwel darba.

"Dan l-investiment jirrifletti l-impenn tal-Gvern u tal-Ministeru tas-Saħħa u Anzjanità Attiva biex jiżgura li l-pazjenti f'Malta u Għawdex ikollhom aċċess għall-aktar teknoloġiji mediċi avvanzati u l-ogħla standards ta' kura. Flimkien mat-taħriġ u r-reklutaġġ kontinwu ta' radjologisti u radiographers, dan l-investiment se jgħin biex jitnaqqsu aktar il-listi ta' stennija għall-eżamijiet ta l-ultrasound u jissaħħaħ il-livell tas-servizzi offruti lill-pubbliku", temm jgħid Dr Abela.


Min-naħa tagħha Dr Martina Schembri Consultant Gastroenterologist, qalet kif "grazzi għal waħda minn dawk il-magni ser inkunu qed nibdew noffru servizz ta' Bowel Ultrasound. Dan isir permezz ta' ultrasound tal-musrana ż-żgħira u l-musrana l-kbira fejn ser tgħin biex ngħinu lil pazjenti fuq moniteraġġ ta' fjamazzjoni tal-murana u anke dwar trattamenti li qed jirċievi l-pazjent".​

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on September 22, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on September 23, 2025 at 06:55 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]