Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

04/15/2026 | Press release | Distributed by Public on 04/16/2026 04:20

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI 'L-Intelliġenza Artifiċjali u l-Kwistjoni tal-Imputabbiltà': It-Tielet Edizzjoni tal-ELSA Union[...]


Il
-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni għal darba oħra reġa' ospita u appoġġja t-tielet edizzjoni tal-Union Debate organizzat mill-għaqda ELSA Malta, li sar taħt il-patroċinju tal-Professur Alexiei Dingli.

It-tema magħżula għal din is-sena kienet 'L-Intelliġenza Artifiċjali u l-Kwistjoni tal-Imputabbiltà'. Id-dibattitu pprovda pjattaforma li permezz tagħha l-istudenti u l-professjonisti ddiskutew dan is-suġġett kurrenti b'mod analitiku.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard stqarr li "Dan id-dibattitu huwa importanti sabiex inkomplu nidħlu fid-dettal ta' qasam li qiegħed jiżviluppa kuljum. Irridu nkunu għaqlin biżżejjed sabiex naraw li nilleġislaw fejn hemm il-ħtieġa, b'mod li nirriflettu l-ħtiġijiet attwali u futuri."

Il-pass mgħaġġel ta' kif qiegħda tavvanza t-teknoloġija, partikolarment is-sistemi ġenerattivi tal-Intelliġenza Artifiċjali, kapaċi jipproduċu midja sintetika realistika ħafna.

"Irridu wkoll inżommu quddiem għajnejna li fl-eventwalità ta' emendi leġislattivi, dawn m'għandhomx iservu bħala kastig għal min juża' t-teknoloġija. Anzi aħna rridu nirrikonoxxu l-importanza tal-Intelliġenza Artifiċjali fil-ħajja teknoloġika tal-lum. Madanakollu, nafu li sfortunatament bħal kull teknoloġija oħra, l-Intelliġenza Artifiċjali tista' wkoll tiġi użatha b'mod malizzjuż, u għalhekk irridu niżguraw ruħna li l-liġi tkopri dawn is-sitwazzjonijiet u tagħti il-protezzjoni legali meħtieġa fiċ-ċirkostanzi," sostna il-Ministru Attard.

Matul id-diskors tiegħu l-Ministru aċċenna għal żewġ reati ġodda li ġew introdotti fil-Kodiċi Kriminali; cyberstalking u cyberbullying, fejn stqarr li batu messaġġ ċar fid-dinja diġitali tal-lum. "Bl-istess determinazzjoni konvint li nistgħu nindirizzaw is-suġġett tad-deepfake," sostna l-Ministru.

Il-Ministru Attard irringrazzja lill-Għaqda ELSA li ħadmet b'tant passjoni fl-organizzazzjoni ta' din l-attività, kif ukoll tal-ħidma kontinwa tagħha viċin l-istudenti tal-liġi.

Numru sabiħ ta' studenti attendew għal din l-attività, li minn sena għal sena dejjem qiegħda iżżid fil-konkorrenza. Il-Ministru Attard ħeġġeġ l-istudenti jkomplu jimirħu fl-istudji tagħhom, fil-ħsieb kritiku, u fil-parteċipazzjoni tagħhom f'għaqdiet li jwasslu leħen fis-soċjetà Maltija, inkluż l-ELSA.

Il-Ministru sellem lill-professjonisti kollha li għoġobhom ikunu parti minn din l-inizjattiva u faħħar is-sinerġija akkademika.

Fid-dibattitu pparteċipaw Dr Charles Mercieca, ⁠Dr Ian Gauci, Francesco Formosa, Emma Bugeja, Timmy Desira u Maya Briffa.

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on April 15, 2026, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on April 16, 2026 at 10:20 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]