Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

06/03/2026 | Press release | Distributed by Public on 06/04/2026 05:19

STQARRIJA MINN FESTIVALS MALTA Festa Nazzjonali Sette Giugno 1919


​F
estivals Malta, flimkien mal-Parlament ta' Malta u l-Kumitat Festi Nazzjonali, iħabbru l-attivitajiet nazzjonali sabiex jitfakkar is-Sette Giugno 1919.


Il-Ġimgħa, 5 ta' Ġunju 2026

Fis-7.00pm issir Ċerimonja ta' Tifkira biswit il-Monument tas-Sette Giugno 1919 fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jagħmel id-diskors tal-okkażjoni. Fi tmiem id-diskors tal-Ispeaker ikun hemm it-tqegħid ta' kuruni fuq il-Monument tas-Sette Giugno 1919 mid-dinjitari preżenti, rappreżentanti tal-familji tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 u organizzazzjonijiet oħra.

F'din l-attività ser tieħu sehem il-Banda tal-Pulizija. Il-kommemorazzjoni tiġi trażmessa live fuq TVM.

Il-Ħadd, 7 ta' Ġunju 2026

Fit-8.30am, tislima lill-vittmi tas-Sette Giugno 1919 fiċ-Ċimiterju ta' Sidtna Marija Addolorata, Raħal Ġdid. Matul din iċ-ċerimonja, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, iċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u rappreżentant tal-familji tal-vittmi jqiegħdu kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tal-vittmi tas-Sette Giugno 1919 - Carmelo Abela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer.

Fl-10.00am isir tqegħid ta' kuruna mill-President ta' Malta, akkumpanjata miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sindku tal-Belt Valletta fuq il-monument tas-Sette Giugno, il-Belt Valletta. F'din iċ-ċerimonja jieħdu sehem stakkament tal-Forzi Armati ta' Malta.

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on June 03, 2026, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on June 04, 2026 at 11:20 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]