Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

12/13/2025 | Press release | Distributed by Public on 12/14/2025 12:24

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda s-16-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem – inizjattiva unika għal pajjiżna


Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda s-16-il edizzjoni ta' Betlehem f'Għajnsielem. Huwa ddeskriva din l-attività bħala esperjenza unika għaliex l-organizzaturi jirnexxilhom iżewġu l-elementi tradizzjonali mal-ispirtu tal-Milied, irrappreżentati fi presepju ħaj, imsejjes fuq kunċett Malti. Dan il-presepju ħaj, mifrux fuq medda ta' 20,000 metru kwadru u b'aktar minn 100 attur, għal darb'oħra se joffri esperjenza mill-isbaħ tal-ikbar storja tal-umanità.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li, "Illum il-ġurnata Betlehem f'Għajnsielem stabbilixxa ruħu bħala attività mistennija fil-kalendarju tal-Milied f'Għawdex. Din is-sena l-programm tal-'Milied f'Għawdex' qed jiġbor fih xejn inqas minn 165 attività għall-gosti ta' kulħadd u bħala ministeru, minn sena għal sena nibqgħu kommessi li nagħtu s-sostenn tagħna sabiex jittellgħu attrazzjonijiet bħal dawn li jżommu ħajja l-kultura rikka tagħna."

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri rringrazzja lill-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem, lill-voluntiera u lil kull min ta sehmu biex din l-edizzjoni tkun oħra ta' suċċess, bħalma kienu l-edizzjonijiet preċedenti, li dejjem attiraw l-eluf u komplew jikkonfermaw li l-Għawdex hu l-għażla għall-familji f'dan il-perjodu festiv.

Din l-attrazzjoni tibqa' miftuħa sal-4 ta' Jannar 2026 u għall-ħinijiet tal-animazzjoni wieħed jista' jżur is-sit https://eventsingozo.com/event/betlehem-fghajnsielem/2025-12-17/.


Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on December 13, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on December 14, 2025 at 18:24 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]