Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

04/10/2025 | Press release | Distributed by Public on 04/11/2025 07:06

STQARRIJA MILL MINISTERU GĦALL WIRT NAZZJONALI, L ARTI U L GVERN LOKALI Malta ssaħħaħ ir rabta tagħha ma’ COPEAM biex tippromwovi d djalogu kulturali fil Mediterran

Malta, permezz ta' Med Media Services Ltd (Med.tv), għandha membru ieħor fi ħdan il-COPEAM, netwerk internazzjonali fi ħdan il-UNESCO li jippromwovi l-koperazzjoni kulturali u d-djalogu bejn pajjiżi Mediterranji permezz tal-midja.

Waqt li kien qed jindirizza l-ftuħ tat-32 konferenza tal-COPEAM li qed issir f'Malta, bit-tema 'Bridging divides: the role of cultural cooperation amid global strains', il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li fi żminijiet ta' tensjonijiet ġeopolitiċi, hemm bżonn li nibnu pontijiet, u l-kultura hija mezz b'saħħtu biex nagħmlu dan.

Il-ministru tkellem ukoll dwar l-esperjenza tiegħu f'laqgħa informali tal-Ministri tal-Kultura tal-UE fil-Polonja, fejn iddiskuta kif il-kultura tista' tkun mezz ta' solidarjetà mal-Ukrajna.

Il-Ministru Owen Bonnici faħħar l-inizjattiva ta' Dr Anton Tabone li wasslet biex Malta ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha f'dan in-netwerk importanti, u sostna li l-involviment ta' Malta f'COPEAM se jsaħħaħ il-ħidma favur il-paċi u d-djalogu fir-reġjun. Din il-ħidma tingħaqad ma' dik tal-Public Broadcasting Services, li tmexxi l-istazzjon nazzjonali, u li diġà hija membru ta' COPEAM.

Il-ministru semma wkoll il-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Arti, li din is-sena qed tiċċelebra l-10 anniversarju tagħha, bħala forza ewlenija fil-promozzjoni tal-kreattività u l-arti kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.

"Malta hija sieħba attiva f'dan in-netwerk, u Med.tv għandu rwol kruċjali x'jaqdi fit-tisħiħ tad-djalogu u l-kooperazzjoni kulturali fil-Mediterran. Nemmen li COPEAM huwa mezz importanti biex inkomplu nibnu pontijiet għall-paċi u l-prosperità fir-reġjun tagħna," temm jgħid il-ministru.

​​

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on April 10, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on April 11, 2025 at 13:06 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]