Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

10/01/2025 | Press release | Distributed by Public on 10/02/2025 10:09

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Estiża l-inizjattiva ta’ carpooling għall-istudenti universitarji b’50 parkeġġ ġdid ġewwa[...]


Minn nhar it-Tnejn, 6 ta' Ottubru, 50 post ġdid ta' parkeġġ ser ikunu riservati għall-istudenti li jagħżlu li jivvjaġġaw flimkien ma' studenti oħra lejn l-Università, wara li ntlaħaq ftehim bejn il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u l-amministrazzjoni ta' Campus Hub. Dan filwaqt li l-Ministeru jinsab ukoll f'fażi avvanzata ta' taħditiet mal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) biex jiġu offruti iktar postijiet għal-carpooling fil-parkeġġi ta' madwar il-kampus, wara s-suċċess u d-domanda għolja li rat din l-inizjattiva fis-snin li għaddew.

Waqt żjara fil-Freshers' Week ġewwa l-Università ta' Malta, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett qal li din l-inizjattiva flimkien ma' oħrajn mill-pjan Reshaping Our Mobility qed ikomplu jippromwovu l-użu ta' mezzi ta' trasport alternattivi u aktar sostenibbli fost iż-żgħażagħ. "Qed noffru soluzzjonijiet konkreti u effettivi lill-istudenti. Din l-inizjattiva mhux biss tnaqqas n-numru ta' karozzi fit-toroq tagħna, iżda tħeġġeġ ukoll liż-żgħażagħ biex jibdew iħarsu lejn il-mobilità b'mod aktar sostenibbli". Huwa spjega kif minbarra din l-inizjattiva, matul din il-ġimgħa ġiet offruta Tallinja Card b'xejn lill-istudenti biex tħeġġiġhom jużaw dan il-mezz ta' trasport bla ħlas, filwaqt li beda servizz ġdid u dirett ta' Park & Ride minn Ta' Qali lejn l-Università.

Min-naħa tiegħu, Jan Proschek, Viċi President għall-Affarijiet Interni tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), qal li, "L-inizjattiva tal-Carpooling bdiet mill-KSU iktar minn 10 snin ilu, bil-għan li ninkoraġġixxu trasport sostenibbli. Din is-sena, flimkien mal-Ministeru għat-Trasport, l-ammont ta' spazji dedikati għal carpooling ser jiżdiedu b'mod drastiku hekk kif id-diskussjonijiet matul l-aħħar xhur bejn il-Ministeru u l-KSU wasslu għal qbil biex din l-inizjattiva ġiet estiża." L-istudenti jistgħu jibbukkjaw il-parkeġġ tagħhom ħamest'ijiem bil-quddiem permezz tal-mobile app myKSU, b'mod sempliċi u effiċjenti.

​​

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on October 01, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on October 02, 2025 at 16:09 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]