Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

04/11/2025 | Press release | Distributed by Public on 04/12/2025 00:23

STQARRIJA MILL MINISTERU GĦALL INTERN, IS SIGURTÀ U X XOGĦOL

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili temm b'suċċess missjoni ta' ħamest ijiem ta' assistenza lill-poplu Libjan fil-muniċipalità ta' Al-Asabaa, hekk kif għexieren ta' djar inħakmu min-nirien li s-sors tagħhom ma setax jiġi stabbilit.
Matul dawn il-jiem, ħames uffiċjali Maltin, taw l-assistenza tag​ħhom billi analizzaw is-sitwazzjoni u mill-għarfien tagħhom issottomettew ir-riżultati preliminari tagħhom lill-Awtoritajiet Libjani għal aktar investigazzjoni. Din il-missjoni saret permezz tal-mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili, li permezz tiegħu pajjiżna qed joffri għal darb'oħra għajnuna umanitarja, kif għamel diġà fil-Libja stess, fil-Greċja u t-Turkija fost oħrajn. Missjoni li matulha kienu wkoll assistiti minn esperti internazzjonali mill-Estonja u l-Finlandja.
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri qal li dan huwa l-mod kif id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili llum qiegħed juża r-riżorsi u l-għarfien li għandu biex jassisti mhux biss lil familji f'pajjiżna iżda anke barra minn xtutna. Ser nibqgħu ninvestu fil-ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinati u fl-għodda tagħhom biex jibqgħu jagħtu l-aqwa servizz lill-familji.
Min-naħa tiegħu d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro kellu kliem ta' ringrazzjament għaċ-Ċentru Nazzjonali għall-Emerġenzi, Kriżijiet u Mmaniġġjar ta' Diżastri Libjan għall-appoġġ li tawhom fit-twettiq ta' ħidmiethom filwaqt li tenna l-impenn tal-uffiċjali li jibqgħu jagħtu s-sostenn tagħhom kif meħtieġ, dejjem favur aktar sigurtà għall-familji.


Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on April 11, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on April 12, 2025 at 06:23 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]