Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

09/22/2025 | Press release | Distributed by Public on 09/23/2025 06:12

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':

Triq Ġużepp Ciantar, Għajnsielem;
Triq Swor Marcellina Tabone, Ir-Rabat (Għ); u
Triq 28 t'April, 1688, Triq il-Blat, Triq Dun Lażżru Camilleri u Triq il-Falkun, Ta' Sannat

li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta' Settembru, 2025, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mid-19 ta' Settembru, 2025.


Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on September 22, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on September 23, 2025 at 12:12 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]