Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

04/10/2025 | Press release | Distributed by Public on 04/11/2025 07:06

STQARRIJA MILL MINISTERU GĦAS SAĦĦA U L ANZJANITÀ ATTIVA Servizzi għas Saħħa Mentali għall Għawdxin fil komunità

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, ħabbar l-introduzzjoni ta' numru ta' servizzi għall-Għawdxin fil-komunità marbuta mas-saħħa mentali.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif parti essenzjali mill-Viżjoni Malta 2050, kif ukoll bħala parti mill-istrateġija tas-saħħa mentali mnedija mill-Ministeru, hu li trattamenti marbuta s-saħħa mentali jingħataw kemm jista' jkun fil-komunità. "Biex dan ikun possibbli, twaqqfu timijiet komunitarji f'diversi lokalitajiet f'Malta u issa għadna wkoll tim tal-komunità bbażat f'Għawdex," spjega il-Ministru Abela.

Il-Ministru saħaq kif il-Gvern qed ikompli jinvesti fir-riżors uman. B'hekk, dan it-tim ta' outreach tal-komunità twaqqaf permezz t'erba' infermiera ġodda fid-Dipartiment tal-Outpatients Psikjatriċi t'Għawdex. Qal kif dan id-Dipartiment jaħseb għal 1,400 pazjent li kollha jgħixu Għawdex fejn minn dawn l-1,400 pazjent, hemm 23 pazjent li għandhom ordni ta' kura fil-komunità, li jfisser li jistgħu jieħdu trattament fil-komunità minflok ma jiddaħħlu l-isptar.

"Illum ġurnata importanti għaliex il-gżira Għawdxija issa għandha tim komunitarju għal ħarsien tas-saħħa mentali. Dan hu servizz kruċjali u l-Gvern għaraf li kien hawn bżonn tiegħu f'Għawdex u filwaqt li nirringrazzjaw lit-tim ta' professjonisti għad-dedikazzjoni, ċerti li ser ikunu qed jagħmlu ħafna ġid favur il-pazjenti Għawdxin," temm jgħid il-Ministru Jo Etienne Abela.

Min-naħa tiegħu, Dr Anton Grech, Clinical Chairman fi ħdan id-Dipartiment tal-Psikjatrija, qal "Ir-riċerka turi b'mod li aktar ma jkollna servizzi marbuta mas-saħħa mentali fil-komunità, aktar iħallu effetti pożittivi. Illum għamilna pass importanti li dawn is-servizzi issa qed jiġu offruti f'Għawdex stess."

​​

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on April 10, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on April 11, 2025 at 13:06 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]