Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta

09/18/2025 | Press release | Distributed by Public on 09/19/2025 04:24

STQARRIJA MILL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI Festa Nazzjonali tal-Indipendenza 2025

Fl-okkażjoni tal-wieħed u sittin Anniversarju ta' Jum l-Indipendenza, Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, se torganizza dawn l-attivitajiet li ġejjin.

Nhar il-Ħadd 21 ta' Settembru, fid-9:00am jitlaq marċ militari mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta minn quddiem il-bini tal-Parlament ta' Malta għal Misraħ San Ġwann. Mal-wasla tal-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono, tingħata salut nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur.

Fid-9:30am, tibda Quddiesa Pontifikali u tintemm bil-kant tat-Te Deum fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann li se tiġi mxandra live fuq Television Malta.

Wara l-quddiesa, isir it-tqegħid ta' fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza l-Furjana mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż: il-President ta' Malta, l-Aġent Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Biswit l-istess monument jinħaraq salut ta' 21 tir mill-Forzi Armati ta' Malta.

Fit-8:00pm, fit-Teatru Manoel jiġi ppreżentat kunċert lill-poplu Malti mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta taħt id-direzzjoni ta' Mro Michael Laus bil-parteċipazzjoni tat-Tenur Alan Sciberras.​

Il-kunċert jinkludi xogħlijiet mill-kompożituri Maltin Vincenzo Bugeja u Veronique Vella. Flimkien ma' dawn se jiġu interpretati wkoll siltiet mużikali ta' Franz van Suppe', Beethoven, Bizet u Puccini. Il-kunċert se jixxandar live fuq TVM +.

Ministry for the Economy, Enterprise and Strategic Projects of the Republic of Malta published this content on September 18, 2025, and is solely responsible for the information contained herein. Distributed via Public Technologies (PUBT), unedited and unaltered, on September 19, 2025 at 10:24 UTC. If you believe the information included in the content is inaccurate or outdated and requires editing or removal, please contact us at [email protected]