Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jinforma lill-pubbliku bl-avviż mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili:
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili javża li għada t-Tnejn 26 ta' Jannar inħarġet twissija tat-temp ta' livell medju (yellow weather warning).
Il-kundizzjonijiet tat-temp huma mistennija jaqilbu għall-agħar mis-sigħat bikrin tat-Tnejn, bejn l-1:00 u l-4:00 ta' filgħodu, b'riħ li jissaħħaħ matul il-lejl u matul il-jum, u li jista' jilħaqForza 7 (Qawwa ta' Grigalata) f'ċerti ħinijiet. Huwa mistenni wkoll baħar qawwi u xita ħafifa.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex:
• Jeżerċita kawtela akbar, b'mod partikolari matul is-sigħat ta' filgħodu u ta' matul il-jum
• Ipoġġi b'mod sigur affarijiet li qegħdin fuq barra
• Jibqa' attent għal bidliet fil-kundizzjonijiet tat-temp
• Isegwi l-istruzzjonijiet u l-avviżi uffiċjali maħruġa mill-awtoritajiet
• Iċempel 112 f'każ ta' emerġenza.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa preparat għal kull assistenza u qed ikompli jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib f'kordinazzjoni ma' servizzi oħra ta' emerġenza.
Aktar aġġornamenti se jinħarġu jekk il-kundizzjonijiet jinbidlu.
Il-Ministru Byron Camilleri filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema kollha li wettqu u qegħdin iwettqu ħidma b'rabta mal-maltemp appella biex għal darb'oħra l-pubbliku jikkopera u jsegwi dawn il-prekawzjonijiet.