02/11/2026 | Press release | Distributed by Public on 02/12/2026 12:03
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jinforma lill-pubbliku bl-avviż mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili:
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili javża li llum inħarġet twissija tat-temp ta' livell aħmar (red weather warning), li jibqa' fis-seħħ sas-sitta ta' filgħodu ta' għada, il-Ġimgħa 13 ta' Frar.
Il-kundizzjonijiet tat-temp huma mistennija jilħqu Forza 8 sa 10 f'ċerti ħinijiet, flimkien ma' baħar qawwi.
Għalhekk, il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex:
• Jeżerċita kawtela akbar
• Affarijiet li qegħdin fuq barra, mhuwiex sigur li wieħed jirranġahom waqt li din it-twissija tkun fis-seħħ
• Jibqa' attent għall-bidliet fil-kundizzjonijiet tat-temp
• Isegwi l-istruzzjonijiet u l-avviżi uffiċjali maħruġa mill-awtoritajiet
• Iċempel 112 f'każ ta' emerġenza
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa preparat għal kull assistenza u qed ikompli jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib f'koordinazzjoni ma' servizzi oħra ta' emerġenza.
Aktar aġġornamenti se jinħarġu jekk il-kundizzjonijiet jinbidlu.
Il-Ministru Byron Camilleri tenna għal darb'oħra l-appell biex kulħadd isegwi l-miżuri ta' prekawzjoni filwaqt li ta s-serħan il-moħħ li l-Korpi Dixxiplinati huma dejjem preparati biex jassistu lill-familji filwaqt li rringrazzjahom tal-ħidma imprezzabbli li dejjem iwettqu.